Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

CARMELO MIFSUD BONNICI

Carmelo twieled Bormla fl-1897 u daħal l-Università ta’ Malta biex jistudja l-Liġi. Huwa sar magħruf meta kien għadu student peress li kien ikkampanja bis-sħiħ favur id-dritiijiet tal-istudenti bħala President tal-Comitato Permanente Universitario. Xi ftit ġimgħat qabel is-Sette Giugno, huwa pprotesta bħala student flimkien ma’ studenti oħra kontra l-bidliet ippjanati fil-lawrja tal-università fejn l-avukati kienu ser jitilfu d-dritt li jużaw il-kelma ‘dottore’. Matul l-istrajk li sar tal-istudenti l-Anglofilu Francesco Azzopardi qala’ xebgħa bajd. Carmelo Mifsud Bonnici, flimkien ma’ Paolo Borg Olivier, Eduardo Critien u Rosario Farrugia Randon, ittellgħu l-qorti fejn ġew iddikkjarati innoċenti fost il-briju ta’ sħabhom. Huwa gradwa bħala avukat fl-1922.

Fis-snin għoxrin u tletin, Carmelo Mifsud Bonnici ħareġ għall-elezzjoni flimkien mal-Partit Nazzjonalista. Huwa serva erbgħa termini leġiżlattivi u ġie darbtejn appuntat bħala Ministru tal-Finanzi u tal-Pulizija. Il-legati l-aktar imfakkra tiegħu jinkludu l-introduzzjoni tal-kontribuzzjoni tar-romol u l-orfni għall-impjegati tal-gvern u l-bini ta’ djar għall-ħaddiema fl-irħula madwar il-Port il-Kbir. Fi tmiem il-karriera politika tiegħu, huwa ġie appuntat bħala professur tal-università mill-Fakultà tal-Liġi.

Żewġ puplesiji tefgħu lil saħħtu lura ħafna u bilkemm seta’ jitkellem. Huwa ddetta n-noti legali liż-żewġ uliedu subien fuq suġġetti ta’ intenzjoni kriminali u kumpliċità. Il-mard ħakem l-aħħar snin ta’ ħajtu, sakemm miet fl-1948 fl-età ta’ 51 sena. Il-legat tiegħu mexa fuq iż-żewġ uliedu Giuseppe u Ugo, li kienu Prim Imħallef tal-Qorti Suprema u President tal-Gżejjer Maltin rispettivament.

 

Sorsi

https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/43492/1/Frendo_Henry_Rivoluzzjoni%20Maltija%20tal-1919.pdf

https://timesofmalta.com/articles/view/inspirational-forbear-carm-mifsud-bonnici.687835

https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/52405/1/Missieri_il_Gross_2018.pdf

https://www.independent.com.mt/articles/2015-03-08/local-interviews/I-did-not-want-to-become-President-I-still-had-much-to-accomplish-as-Minister-Ugo-Mifsud-Bonnici-6736131792

RITRATTI

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

L-ORATORJU TAL-KANDLORA, L-ISLA

Dan l-oratorju fil-bidu kien ċimiterju għad-dfin tal-vittmi tal-pesta, imbagħad serva bħala knisja ddedikata lil Santu…

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-KNISJA TA’ FEJN SABU S-SINJUR, IL-BIRGU

Is-sejba ta’ reċipjent misruq li kien fih osti kkonsagrati wasslet biex il-Patrijiet ta’ Santa Tereża…

IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Magħrufa wkoll bħala ta’ San Filep u llum id-dar ta’ komunità ta’ Patrijiet Sależjani, din…

Filter

CARMELO MIFSUD BONNICI

Carmelo Mifsud Bonnici, imwieled Bormla fl-1897, kien avukat u politiku li kellu rwol sinifikanti fid-drittijiet…

DOMINIC MINTOFF

Dom Mintoff, imwieled Bormla fl-1916, kien perit u politiku li serva bħala Prim Ministru mill-1955…

ROBERT V.GALEA

Professor Robert V. Galea, born in Valletta in 1882, was an architect and politician who…

WINSTON CHURCHILL

Winston Churchill, born in 1874, was a prominent British politician who served as Prime Minister…

Filter

Trattat bejn il-Gvern Malti u l-Ordni ta’ San Ġwann1998

5 TA’ DIĊEMBRU 1998

F’dan il-jum ġie ffirmat trattat bejn il-Gvern Malti u l-Ordni Sovrana ta’ Malta, fejn il-biċċa…
L-Um El Faroud jiġi mgħerreq1998

2 TA’ SETTEMBRU 1998

L-Um El Faroud, tanker Libjan, kien inbena 26 sena qabel fl-Ingilterra u kien iġorr il-fjuwil…
Titqiegħed l-ewwel ġebla tad-Dar tal-Anzjani f’Bormla 1997

7 TA’ FRAR 1997

Fl-1699, f’Bormla twaqqaf Konservatorju għal tfajliet adolexxenti foqra. Eventwalment ġiet iddedikata lil San Ġużepp tal-Apparizjoni
Il-Monument tal-Gwerra inawgurat ġewwa Bormla1994

20 TA’ NOVEMBRU 1994

Il-monument jinsab quddiem il-Knisja ta’ Bormla u huwa xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi.
Inawgurat monument f’ġieħ il-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna1992

14 T’APRIL 1992

Waqt ċerimonja li saret fit-Tarzna nhar it-Tlieta, 14 ta’ April 1992, ġie inawgurat monument lil-ħaddiema…
Jiġi inawgurat il-Monument tal-Gwerra fl-Isla1991

5 TA’ SETTEMBRU 1991

Mijiet ta’ snin wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, Malta esperjenzat assedju ieħor, din id-darba permezz tal-attakki…

Filter

L-ISTORJA TAS-SAJD

Malta’s natural harbours and its position bang in the middle of the Mediterranean Sea have…

IL-ĦAJJA TA’ SAJJIED

Il-ħajja tas-sajjieda Maltin mimlija xogħol iebes u dedikazzjoni. Il-ġurnata tibda kmieni ħafna, xi drabi anke…

IT-TARZNA

Il-portijiet naturali ta’ Malta u l-qagħda tagħha f’nofs il-Baħar Mediterran minn dejjem għamluha bażi ideali…

IT-TARZNA TAL-ORDNI

Merħba f’Qalet it-Tarzna, magħrufa wkoll bħala Dockyard Creek, u bħala Porto delle Galere (il-Port tax-Xwieni)…

IL-BINI TAD-DGĦAJJES

Ir-reġjun tal-Kottonera minn dejjem kien magħruf għall-ħiliet tiegħu fil-bini tad-dgħajjes.

IS-SENGĦA TAL-QLUGĦ

Is-Sengħa tal-Qlugħ kien negozju li jrendi għal kollox f’idejn il-Maltin.