Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

DOMINIC MINTOFF

Dom Mintoff raġel minn Bormla li fassal l-istorja tal-gżejjer Maltin għal aktar minn nofs seklu. Huwa kien  membru tal-Parlament mill-1947 sa l-1998, Priministru ta’ Malta mill-1955 sal-1958 imbagħad mill-1971 sal-1984.

Mintoff studja fis-seminarju u fl-Università ta’ Malta. Huwa rebaħ Scholarship minn Rodi grazzi għal dak li kien iħarrġu politikament, Paul Boffa li kien mill-Kottonera wkoll, u kien il-mexxej tal-Partit Laburista Malti. Huwa kompla l-istudji tiegħu f’Oxford u rritorna Malta fl-1943. Sentejn biss wara huwa kkandida ruħu għal siġġu fil-kunsill tal-gvern u fl-ewwel elezzjoni sar deputat mexxej tal-partit fl-istess sena. Fl-1947 ġie appuntat bħala Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi u r-Rikostruzzjoni u kien responsabbli minn proġetti pubbliċi importanti li saru wara l-gwerra.

Sentejn wara, tilwima pubblika ma’ Boffa wasslet biex jinqasam il-Partit Laburista Malti, b’Mintoff jirnexxielu jneħħi lil Boffa minn mexxej. Fl-1955, bħala Priministru, huwa mexxa n-negozjati dwar l-integrazzjoni mal-Brittanja, imma fl-1958 kien ċar li dawn in-negozjati kienu fallew. Qam l-inkwiet fit-toroq u xi rappreżentanti u attivisti tal-partit ġew arrestati.

Kien hemm aktar inkwiet għal Mintoff fis-sittinijiet meta l-Partit Laburista Malti kellu xi jgħid mal-Knisja Kattolika Rumana mmexxija minn Mons Mikiel Gonzi. Din it-tilwima ġiet risolta fl-1969, u dan wassal għar-rebħiet tal-Partit Laburista Malti fl-1971, fl-1975 u fl-1981. L-iprem kisba fix-xogħol tiegħu kienu l-Kostituzzjoni tar-Repubblika fl-1974 u t-tneħħija tal-forzi armati Brittaniċi fl-1978. Mintoff irriżenja bħala Priministru fl-1984 imma baqa’ Membru Parlamentari sal-1998. Huwa miet fl-2012 fl-età venerabbli ta’ 96 sena.

Sorsi:

https://en.wikipedia.org/wiki/Dom_Mintoff

https://www.gov.mt/mt/Government/Government%20of%20Malta/Prime%20Ministers%20of%20Malta/Pages/Mr-Dom-Mintoff.aspx

RITRATTI

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

L-ORATORJU TAL-KANDLORA, L-ISLA

Dan l-oratorju fil-bidu kien ċimiterju għad-dfin tal-vittmi tal-pesta, imbagħad serva bħala knisja ddedikata lil Santu…

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Magħrufa wkoll bħala ta’ San Filep u llum id-dar ta’ komunità ta’ Patrijiet Sależjani, din…

IL-KNISJA TAT-TWELID TAL-MADONNA FIL-FORTI SANT’ANĠLU, IL-BIRGU

Imħaffra fil-blat, din kienet il-knisja parrokkjali oriġinali għan-nies tal-Kottonera u huwa maħsub li twaqqfet mill-Konti…

Filter

SANTA EMILY DE VIALAR

Santa Emily de Vialar, imwielda fl-1797 f’Gaillac, Franza, waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni…

SEBASTIANO CONCA

Sebastiano Conca, an Italian painter born in Gaeta in 1680, died in Naples in 1764.…

FERDINANDO MATTEI

Ferdinando Mattei was a Maltese prelate who was appointed bishop of Malta in 1807 and…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

FRANCESCO ZAHRA

Francesco Zahra jista’ jiġi deskritt bħala l-aktar artist importanti Malti tas-seklu tmintax

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

Filter

Jitwieled l-artist Ġanni Vella1885

9 TA’ MEJJU 1885

Imwieled fid-9 ta’ Mejju, 1885, Bormla, Ġanni Vella beda l-vjaġġ artistiku tiegħu fl-ewwel snin tiegħu.
Jiġi ikkonsagrat l-Oratorju tal-Kurċifiss f’Bormla1783

23 TA’ NOVEMBRU 1783

L-ewwel ġebla tal-Oratorju tal-Kurċifiss li jinsab maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, tqegħdet f’Diċembru tal-1731, mill-Isqof ta’…
Imut il-Pittur Francesco Zahra1773

19 TA’ AWWISSU 1773

Huwa beda l-karriera artistika tiegħu bħala skultur fil-bottega ta’ missieru u aktar tard tħarreġ fil-pittura…
Isir l-Att Notarili għall-bini tal-ewwel Knisja ta’ San Pawl f’Bormla1590

13 TA’ NOVEMBRU 1590

L-ewwel knisja ċkejkna iddedikata lil San Pawl fl-inħawi msejjħa Maħten it-Tin f’Bormla, bdiet tinbena għall-ħabta…

Filter

L-ISTORJA TAS-SAJD

Malta’s natural harbours and its position bang in the middle of the Mediterranean Sea have…

IL-ĦAJJA TA’ SAJJIED

Il-ħajja tas-sajjieda Maltin mimlija xogħol iebes u dedikazzjoni. Il-ġurnata tibda kmieni ħafna, xi drabi anke…

IT-TARZNA

Il-portijiet naturali ta’ Malta u l-qagħda tagħha f’nofs il-Baħar Mediterran minn dejjem għamluha bażi ideali…

IT-TARZNA TAL-ORDNI

Merħba f’Qalet it-Tarzna, magħrufa wkoll bħala Dockyard Creek, u bħala Porto delle Galere (il-Port tax-Xwieni)…

IL-BINI TAD-DGĦAJJES

Ir-reġjun tal-Kottonera minn dejjem kien magħruf għall-ħiliet tiegħu fil-bini tad-dgħajjes.

IS-SENGĦA TAL-QLUGĦ

Is-Sengħa tal-Qlugħ kien negozju li jrendi għal kollox f’idejn il-Maltin.