FRANCESCO ZAHRA
Francesco Vincenzo Zahra twieled fl-1710. Huwa kien iben l-iskultur magħruf Pietro Paolo Zahra u Augustina Casanova.
Francesco Zahra huwa l-aktar artist Malti important tas-seklu 18. Il-karriera tiegħu kienet eċċezjonalment varjata f’ ħafna modi. Zahra kien influenzat mill-istil Barokk Naplitan. Huwa kien artist prolifiku, ħoloq ħafna pitturi sagri, kif ukoll iddisinja objet d’art (art object) u kellu ħafna kummissjonijiet privati. Flimkien mat-talent ta’ skultura ta’ missieru, huwa ħoloq uħud mill-aqwa pitturi għall-altari fil-knejjes Maltin.
Huwa beda jitħarreġ ma’ Gio Nicola Buhagiar (1696-1752). Buhagiar kien wieħed mill-aqwa artisti ta’ żmienu. Probabilment Zahra kien apprendist fil-ħanut ta’ Buhagiar madwar is-sena 1730. Mingħand Buhagiar, Zahra tgħallem l-arti tad-disinn u l-pittura u fi ftit snin huwa rnexxilu jassorbi u jassimila l-istil tal-imgħallem u saħansitra jtejjeb fuqu. Wieħed jista’ jara dan fil-knisja parrokjali ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun. Żewġt murali kbar iżejnu l-apsidi tal-ġnub, waħda ta’ Buhagiar u l-oħra ta’ Zahra. L-abilita’ li jifhem u jassorbi l-istil tal-kontemporanji tiegħu saret sinonima fil-karriera tiegħu. Din kienet kruċjali għax għenitu jipperfezjona l-abilita’ tiegħu biex sar l-aktar artist nattiv Malti kkummisjonat.
Sal-erbgħinijiet tas-seklu 18, ix-xogħol ta Zahra sar aktar matur tant li beda jikkompeti ma’ Antione de favray (1706 – 1798). Favray kien qiegħed jaħdem u jgħix Malta, prinċipalment ikkummisjonat mill-Ordni Ospitalieri ta’ San Ġwann. Francesco Zahra tgħallem ħafna mill-istil ta’ Favray u beda jinkludi l-istil Barook Franċis ta’ favray fix-xogħol tiegħu. Madankollu, huwa kien influenzat ukoll minn Mattia Preti, li ħadem matul is-seklu sbatax.
Wisq probabli, l-aktar pitturi ta’ Zahra li juru l-istil matur tiegħu huma ż-żewġ kanvasses laterali kbar ta’ San Filep ta’ Aġira (Aġġira) f’ Ħaż-Żebbuġ. Mogħtija b’ donazzjoni lil knisja parrokjali fl-1753, ix-xogħolijiet juru l-ordinazzjoni ta’ San Filep u l-mewt ta’ San Filep. Iż-żewġ xogħolijiet juru l-influenza ta’ Favray fuq l-artist, imma wieħed jista’ jara wkoll xi referenzi lejn Gio Nicola Buhagiar. Fuq l-istess linja tax-xogħol monumentali ta’ Preti, dawn ix-xogħolijiet huma l-aktar pitturi important ta’ Zahra f’ Malta.
L-awto ritratt (pittura) li hemm fil-MUŻA huwa kapolavur ieħor ta’ dan l-artist. Huwa hawn li wieħed jista’ jifhem in-natura persistenti tiegħu biex itejjeb l-abilita’ tiegħu. F’ dan l-awto ritratt, l-artist qiegħed iżomm orgoljożament pinzell u palette filwaqt li qiegħed iħares lejn l-ispettatur. Huwa qiegħed jgħid, “Jien artist”.
Sorsi:
Agius Victoria,
‘Francesco Zahra The Martyrdom of St. Publius, 1754’, PVBLIVUS-Publikazjoni Annwali Assocazjoni Publju ta Malta, 2018, l Ewwel Edizjoni, pp 44-47
Navarro Franco
‘The Parish Church of Zebbug’, an annotated Art-Historical Study based primarily on the writings of Salv Caruana, dissertation, B.A. Hons, History of Art, 2004, pp 14-18
Sciberras Keith,
‘L’Arti Barokka f’Malta’, Pin Kulana Kultirali, 2003, p 179
Sciberras Keith,
‘Francesco Zahra, his life and art in mid-18th century Malta 1710-1773’ MidseaBooks 3a Strait Street Valletta, Malta, 2010, pp. 61-70
