Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

GIANNI VELLA

Gianni Vella twieled Bormla u beda juri interess fl-arti minn eta’ żgħira. Huwa kien inkoraġġut biex jipproduċi xogħol għall-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-bidu tal-karriera tiegħu.

Student ta’ Giuseppe Cali, għal seba’ snin studja ma’ Attilio Palombi. Dan kien attiv ħafna f’ Ruma bejn 1883 u l-1889 u ħadem fuq ħafna kummissjonijiet fi knejjes bħal La capella della Polonia. Palombi kien tal-istil Purista tardiv, liema stil kien iħares lejn iż-żmien Rinaxximentali u s-sempliċita fl-arti mingħajr ma jissagrifika il-ħila u s-sengħa artistika. Fl-apprendistat, Vella tgħallem is-sengħa tal-fresco, teknika użata minn Palombi anki f’ Malta.

Attilio Palombi ħeġġeġ lil Vella jmur jistudja fil-British Academy f’ Ruma fejn rebaħ ħafna premjijiet. Fl-1912, Vella rritorna lura Malta u fetaħ laboratorju tal-arti (bottega/studju) fil-Belt Valletta. Huwa ħadem prinċipalment fuq l-arti sagra, vilel u palazzi. Vella kien artista versatili ħafna li ħadem b’ medja diversi.

F’ Ruma, huwa kien espost u influenzat minn Pre-Raphaelisti, Impressjonisti u l-Macchiaioli Taljani, Realisti u Art Nouveau jew Stile Floreale kif kien magħruf fl-Italja. Vella kien konxju tal-avvanzi fl-Arti Moderna, wara kollox huwa kien kontemporanju ta’ Pablo Picasso. B’ danakollu l- istil tal-Art Nouveau, stil għal kollox ġdid fl-Arti sagra Maltija, kien ippreferut mill-artist Malti. Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’, f’ Birkirkara, huwa wieħed mill-aħjar rappreżentazzjoni ta’ dan l-istil.

Barra x-xogħol sagru, huwa magħruf għall-pittura famuża tas-Sette Giugno u d-disinn tal-monument tas-Sette Giugno fl-Addolorata. Dan tal-aħħar huwa xogħol ta’ Boris Edwards. Edwards kien skultur Russu li fittex refuġju f’ Malta wara l-qawmien Kommunista. Boris Edwards u Gianni Vella saru ħbieb meta kienu l-Accademia Belle Arti ġewwa Ruma.

Il-pittura tas-Sette Giugno huwa wieħed mix-xogħolijiet importanti fl-Arti Maltija għax l-artist kien preżenti waqt l-avvenimenti drammatiċi li seħħew fis-7 ta’ Ġunju 1919 fiċ-Circolo Giovanile Malta. Vella jurina d-drama u r-rabja flimkien mal-abilita tiegħu li viżwalment jirrakkonta dak li seħħ dakinhar. Wieħed jista’ jħoss l-irvell nazzjonali kontra l-ħakma kolonjali Brittanika, fejn huwa rnexxilu jaqbad l-immaġni tal-poplu Malti tul is-snin f’ mument wieħed. Meta naħsbu fuq l-irvellijiet tas-Sette Giugno, l-ewwel ħsieb imur fuq il-pittura ta’ Gianni Vella.

Il-monument taċ-Ċimiterju tal-Addolorata kien iddisinjat minn Vella. Dan il-kapolavur kien parti minn kompetizzjoni fejn fiha kkompetew uħud mill-aqwa talent artistiku Malti. Inawgurat fl-1925, Boris Edwards ma rnexxilux jara xogħolu fil-post għax huwa miet fl-1924 minn attakk tal-qalb. Gianni Vella u Boris Edwards irnexxilhom joħolqu monument fl-istil tal-Art Nouveau.

RITRATTI

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

L-ORATORJU TAL-KANDLORA, L-ISLA

Dan l-oratorju fil-bidu kien ċimiterju għad-dfin tal-vittmi tal-pesta, imbagħad serva bħala knisja ddedikata lil Santu…

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-KNISJA TA’ FEJN SABU S-SINJUR, IL-BIRGU

Is-sejba ta’ reċipjent misruq li kien fih osti kkonsagrati wasslet biex il-Patrijiet ta’ Santa Tereża…

IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Magħrufa wkoll bħala ta’ San Filep u llum id-dar ta’ komunità ta’ Patrijiet Sależjani, din…

Filter

CHARLES CLEWS

Charles Clews twieled f’ Settembru 1919, it-tifel ta’ William George Clews u Mary Scerri.

SUOR MARIA DE DOMENICIS

Maria De Domenicis twieldet il-Birgu fl-1645 ġewwa familja artistika. Il-familja De Domenicis ġiet Malta minn Napli.

VICTORIN GALEA

Imwielda f’ familja ta’ atturi ġewwa l-Isla, Vitorin bdiet turi interess fit-teatru minn eta’ żgħira…

DOMINIC MINTOFF

Dom Mintoff, imwieled Bormla fl-1916, kien perit u politiku li serva bħala Prim Ministru mill-1955…

SEBASTIANO CONCA

Sebastiano Conca, an Italian painter born in Gaeta in 1680, died in Naples in 1764.…

FRANCESCO ZAHRA

Francesco Zahra jista’ jiġi deskritt bħala l-aktar artist importanti Malti tas-seklu tmintax

Filter

Jitwieled l-artist Ġanni Vella1885

9 TA’ MEJJU 1885

Imwieled fid-9 ta’ Mejju, 1885, Bormla, Ġanni Vella beda l-vjaġġ artistiku tiegħu fl-ewwel snin tiegħu.
Sar it-tberik u l-inawgurazzjoni tal-knisja l-ġdida tal-Kalkara1952

7 TA’ SETTEMBRU 1952

L-Arċisqof Mikiel Gonzi xtara biċċa art imdaqqsa qrib ix-xatt tal-Kalkara u rregalha lill- Parroċċa tal-Kalkara,…
Tiġi kkonsagrata l-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla 1732

25 TA’ MEJJU 1732

Ix-xogħol fuq il-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla li naraw illum beda lejn l-aħħar tas-seklu 17 iżda…
Il-knisja l-ġdida ta’ Marija Bambina fl-Isla tiġi ikkonsagrata1957

24 T’AWWISSU 1957

Wara l-gwerra, xi wħud kienu tal-fehma li l-knisja parrokkjali tal-Isla għandha tinbena kompletament mill-ġdid wara…
Jiġi ikkonsagrat l-Oratorju tal-Kurċifiss f’Bormla1783

23 TA’ NOVEMBRU 1783

L-ewwel ġebla tal-Oratorju tal-Kurċifiss li jinsab maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, tqegħdet f’Diċembru tal-1731, mill-Isqof ta’…
Il-Kardinal Tedeschini f’Bormla1955

23 TA’ LULJU 1955

F’għeluq il-50 sena mill-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla, il-Kardinal Tedeschini waħħal stellarju madwar ras…

Filter

L-ISTORJA TAS-SAJD

Malta’s natural harbours and its position bang in the middle of the Mediterranean Sea have…

IL-ĦAJJA TA’ SAJJIED

Il-ħajja tas-sajjieda Maltin mimlija xogħol iebes u dedikazzjoni. Il-ġurnata tibda kmieni ħafna, xi drabi anke…

IT-TARZNA

Il-portijiet naturali ta’ Malta u l-qagħda tagħha f’nofs il-Baħar Mediterran minn dejjem għamluha bażi ideali…

IT-TARZNA TAL-ORDNI

Merħba f’Qalet it-Tarzna, magħrufa wkoll bħala Dockyard Creek, u bħala Porto delle Galere (il-Port tax-Xwieni)…

IL-BINI TAD-DGĦAJJES

Ir-reġjun tal-Kottonera minn dejjem kien magħruf għall-ħiliet tiegħu fil-bini tad-dgħajjes.

IS-SENGĦA TAL-QLUGĦ

Is-Sengħa tal-Qlugħ kien negozju li jrendi għal kollox f’idejn il-Maltin.