GIOVANNI MATTEO RISPOLI
Giovanni Matteo Rispoli twieled l-Isla fl-1582, iben Giovanni Vincenzo u Caterina. Missieru kien impjegat bħala pilota tax-xwieni mill-Ordni ta’ San Ġwann u kien igawdi mill-istima tal-Granmastru Fra Aloph de Wignacourt.
Fl-età ta’ sittax-il sena, Giovanni ngħaqad mal-Ordni Dumnikana fil-monasteru tal-Birgu. Huwa ntbagħat Palermo biex ikompli l-istudji tiegħu fil-filosofija u t-teoloġija. Huwa temm l-istudji tiegħu fl-1606 u mal-wasla tiegħu fil-gżejjer Maltin, ġie rrakkomandat mill-Granmastru stess biex ikompli jistudja fl-Università ta’ Sorbonne f’Pariġi.
Fl-1609 huwa ppubblika ktieb bit-titlu ‘The State of the Question dealing with the Predefinition and the Predestination of Free Will’, li minnu fadal biss żewġ kopji, wieħed fl-arkivji tad-Dumnikani, r-Rabat u ieħor fil-Librerija Nazzjonali Franċiża f’Pariġi. Dan il-ktieb kisiblu bosta popolarità minħabba li waqt il-Kapitlu Ġenerali tad-Dumnikani ġie mitlub jieħu sehem fid-dibattitu, biċċa xogħol li tiġi fdata biss lill-aktar membri distinti tal-Ordni. Huwa tant impressjona lin-Nunzju Appostoliku li ngħata t-titlu ta’ Mastru tat-Teoloġija Sagra.
Minn Franza huwa ntbagħat Sqallija bħala reġġent tal-Istudium Generale, l-ewwel f’Messina imbagħad f’Palermo. Hemmhekk ġie akkużat bl-ereżija u qatta’ erbatax-il xahar fil-ħabs tal-Inkwiżitur, imma ma nstabx ħati u ġie liberat.
Wara dan l-episodju, huwa reġa’ xi stabbilit u fdat f’diversi pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà fil-gżejjer Maltin, kif ukoll fi Franza, Sqallija u l-Italja. Huwa qatta’ ħajja tassew movimentata. L-aħħar assenjazzjoni tiegħu kienet li jippriedka l-priedki tar-Randan fil-Katidral ta’ Katanja. Waqt li kien qed jaqsam bejn Malta u Sqallija, huwa ħa riħ, saħħtu battiet, u miet Sqallija fl-età ta’ 56 sena. Huwa ġie midfun Katanja fil-knisja tad-Dumnikani.
Sorsi:
https://en.wikipedia.org/wiki/John_Matthew_Rispoli
