Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

VICTORIN GALEA

Victorin Galea twieldet fl-1926, bint Manwel Casha u Karmena xebba Bonello. Missierha kien magħruf bħala il-Bronk. Imwielda f’ familja ta’ atturi ġewwa l-Isla, Vitorin bdiet turi interess fit-teatru minn eta’ żgħira ħafna. Għal żmien qasir, kienet ukoll iddoqq il-vjolin.

Fi tfulitha kienet kuntenta ħafna imma t-Tieni Gwerra Dinjija biddlet kollox. Manwel u Karmena kienu evakwati l-Imdina biex jaħarbu mill-bombardamenti li kienet għaddejjja minnhom Malta, speċjalment in-naħa tal-Port il-Kbir. Il-gwerra ħalliet effetti trawmatiċi fuq ħajjet Vitorin u ħafna oħrajn. Missierha miet waqt il-gwerra u din effetwat liż-żagħżugħa Vitorin. Madanakollu, il-mewt ta’ missierha u l-avvenimenti traġiċi tal-gwerra ma demoralizzawx it-talenti tal-familja tagħha. Fil-fatt, ħuha Benny waqqaf kumpanija żgħira u beda jorganizza eżekuzzjonijiet żgħar fit-Teatru Astoria fir-Rabat. Huma wettqu ħafna eżekuzzjonijiet li kienu ta’ għajnuna fil-lokalita biex mentalmet u emozjonalment jaħarbu mill-flaġell tal-attakki u d-distruzjoni tal-gwerra. Vitorin użat l-arti biex tikkontrolla l-weġgħat tagħha u għenet oħrajn għal dan l-istess għan.

Fl-1942, il-karriera artistika ta’ Victorin ħadet żvolta ‘l quddiem. Fl-operetta Figorini Belli kellha tieħu sehem fiha Ġuża Caruana iżda peress li kienet indisposta, Vitorin ġiet mitluba tidħol flokha. Ta’ min jinnota li Vitorin bkiet biex ma tagħmilx il-parti imma xorta rnexxila tagħti prestazzjoni straordinarja. Hija mpressjonat kemm lill-udjenza kif ukoll lid-diretturi tal-operetta. Minn hemm ‘il quddiem Vitorin ma ħarsitx lura u saret waħda mill-atturi l-aktar imfittxija ta’ Malta.

Hija bdiet tikkolabora mal-aktar atturi Maltin importanti u ta’ talent fosthom Charles Clews, Johnny Catania, Nosi Ghirlando, Charles Thake u Johnny Navarro. Madanakollu Vitorin kienet mara u dak iż-żmien, in-nisa ma setgħux jaħdmu fuq il-palk, anzi kienu jiġu nsulentati. Dan kien dnub mejjet. Fil-fatt, fid-dramm ta’ Clews, ‘It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’, kien Nosi Ghirlando li ħadem il-parti ta’ Karmena. Kien għalhekk li ħafna atturi rġiel kienu jaħdmu l-partijiet tan-nisa. Kienet fil-fatt Vitorin li kissret din it-tradizzjoni ħażina. Il-persuna ta’ Vitorin Galea kienet maqtugħa perfettament għar-rwol ta’ Karmena Abdilla.

Wara l-gwerra, Malta kienet post ta’ kostruzzjoni. Il-pajjiż ried isib l-identita’ u l-wirt tiegħu. It-teatru popolari, immexxi minn Charles Clews, ta identita’ ġdida lil ħafna Maltin. L-avvanzi teknoloġiċi bid-dħul tar-Rediffusion u s-sitcoms tiegħu flimkien max-xandir tal-eżekuzzjonijiet saru parti mill-ħajja Maltija. Clews, Johnny Navarro, Charles Thake, Gemma Portelli u Vitorin Galea kantaw u rrekordjaw drammi fejn paxxew mijiet ta’ eluf ta’ nies.

Fis-sittinijiet, Victorin kienet qiegħda tiġi onorata mill-awtoritajiet Maltin. Bdiet tirbaħ ħafna unuri u kienet imfaħħra saħansitra minn Francis Ebejer, fost oħrajn. Hija rnexxila toħloq il-kumpanija teatrali tagħha flimkien ma’ Armando Urso u Johnny Navarro.

Matul is-sebgħinijiet sa tard fit-tmeninijiet, iċ-ċinema u t-teatru, bħal kumplament tal-arti kienu minsija. Sfortunatament Malta qatt ma rpiljat minn dan, jidher li l-awtoritajiet insew minn kien wara l-moral tan-nies fiż-żmien iebes tal-gwerra. Madankollu, Vitorin kienet imfittxija mill-ġenerazzjoni żagħżugħa meta t-teatru beda jerġa’ jieħu l-ħajja. DH productions ikkuntatjaw lill-attriċi veterana biex terġa’ taħdem id-dramm ‘It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’. Victorin, li kienet magħrufa għall-għajnuna u l-inkorraġġament li tagħti lill-atturi żagħżagħ, ħadmet fid-dramm ta’ Clews u kienet imxandra fuq it-televiżjoni lokali. Hija ħadmet flimkien ma’ Hermann u Karl Bonaci u John Suda. Għal darba oħra irnexxila taħkem l-immaġinazzjoni tal-Maltin fl-irwol li kienet perfetta għaliha, eżatt kif kien qal ħabibha u l-attur Mario Micallef. Vitorin kienet tirrapreżenta kemm lil Karmena Abdilla kif ukoll lid-dramm famuż u traġiku ‘Madonna taċ-Ċoqqa’. Din tal-aħħar juri biċ-ċar il-versatilita’ ta’ din l-attriċi.

Vitorin mietet fl-1996. Malta tilfet attriċi straordinarja, imma wkoll mara umli u ta’ qalb tajba li qatt ma nsiet il-passat u l-għan ewlieni tagħha, dak li tferraħ lin-nies. Bħal ħafna atturi ta’ żmienha, Vitorin kienet attriċi kbira u umli bħal nies komuni. Il-ġenerazzjoni tagħha hija insostitwibbli.

Sorsi

https://mt.wikipedia.org/wiki/Vitorin_Galea

03/05/2022

https://www.youtube.com/watch?v=MAVOdyxOptE&t=1389s

RITRATTI

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Magħrufa wkoll bħala ta’ San Filep u llum id-dar ta’ komunità ta’ Patrijiet Sależjani, din…

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IL-COT LIFT TA’ BIGHI

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

L-UFFIĊĊJU AMMINISTRATTIV TA’ HERITAGE MALTA U Ċ-ĊENTRU NAZZJONALI GĦALL-KONSERVAZZJONI U RESTAWR TAL-WIRT KULTURALI MALTI, BIGHI

Illum, parti minn dan il-kumpless isservi bħala l-Uffiċċju Amministrattiv ta’ Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali għal…

IL-MUŻEW MARITTIMU TA’ MALTA

Dan il-mużew, li jixħet dawl fuq in-natura globali tat-tbaħħir u l-impatt tiegħu fuq il-kultura u…

Filter

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

TURGUT REIS DRAGUT

Turgut Reis Dragut was a renowned Ottoman naval commander and admiral who lived in the…

JEAN PARISOT DE LA VALETTE

Born to a noble family in Parisot, France, circa 1495, Jean Parisot de Valette entered…

SIR ALEXANDER JOHN BALL

Sir Alexander John Ball, born in 1757 in Gloucestershire, England, served as the Governor of…

ADMIRAL SIR RALPH LEATHAM

Admiral Sir Ralph Leatham served in both World Wars and held key positions, including Commander-in-Chief,…

Filter

Il-Kalkara ssir parroċċa taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp1897

10 TA’ DIĊEMBRU 1897

Bishop Carmelo Scicluna accepted a request to build a new church in Kalkara on a…
Titbierek l-ewwel ġebla tal-knisja l-antika tal-Kalkara 1890

22 TA’ ĠUNJU 1890

Ix-xogħol tal-bini tlesta fl-1895 u kkonsagrat mill-Arċisqof Mauro Caruana fit-30 ta’ Jannar 1921.
Jitwieled Ewġenju Borg fl-Isla1886

24 TA’ LULJU 1886

Eugenio Borg twieled f’dar fi Triq id-Duluri fl-Isla fl-24 ta’ Lulju 1886. Kien l-ewwel Superjur…
Jitwieled fil-Birgu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi1885

13 TA’ MEJJU 1885

Il-Mons. Mikiel Gonzi twieled il-Birgu fit-13 ta’ Mejju 1885 u wara meta kellu ħames snin,…
Jitwieled l-artist Ġanni Vella1885

9 TA’ MEJJU 1885

Imwieled fid-9 ta’ Mejju, 1885, Bormla, Ġanni Vella beda l-vjaġġ artistiku tiegħu fl-ewwel snin tiegħu.
Twaqqfet fl-Isla is-Società Operaria Cattolica 1884

1 TA’ JANNAR 1884

Fl-1 ta’ Jannar 1884 twaqqfet fl-Isla l-ewwel Società Operaria Cattolica li tqegħdet taħt il-patroċinju ta’…

Filter

L-ISTORJA TAS-SAJD

Malta’s natural harbours and its position bang in the middle of the Mediterranean Sea have…

IL-ĦAJJA TA’ SAJJIED

Il-ħajja tas-sajjieda Maltin mimlija xogħol iebes u dedikazzjoni. Il-ġurnata tibda kmieni ħafna, xi drabi anke…

IT-TARZNA

Il-portijiet naturali ta’ Malta u l-qagħda tagħha f’nofs il-Baħar Mediterran minn dejjem għamluha bażi ideali…

IT-TARZNA TAL-ORDNI

Merħba f’Qalet it-Tarzna, magħrufa wkoll bħala Dockyard Creek, u bħala Porto delle Galere (il-Port tax-Xwieni)…

IL-BINI TAD-DGĦAJJES

Ir-reġjun tal-Kottonera minn dejjem kien magħruf għall-ħiliet tiegħu fil-bini tad-dgħajjes.

IS-SENGĦA TAL-QLUGĦ

Is-Sengħa tal-Qlugħ kien negozju li jrendi għal kollox f’idejn il-Maltin.